Avviz maħruġ mill-Pulizija - loghba Valletta vs Floriana Published on: 08-05-2009

Għeziz ħbieb Beltin,

Wasalna fl-aħħar fażi ta' dan il-kampjonat.

B'risponsabbilta' ngħid, illi l-Pulizija tinstab sodisfatta bl-imġieba matura u ddixiplinata li urejtu u l-mod kif obdejtu l-ordnijiet li tawkom il-Pulizija sabiex tinżamm l-ordni u l ­paċi pubblika.

Nerġa' għal darb'oħra nappellalkom sabiex għal darb 'oħra tobdu d-direttivi tal-Pulizija nhar is-Sibt 9 ta' Mejju, 2009 għall-aħħar logħba ta' dan il-kampjonat bejn Floriana u Valletta, kemm qabel, waqt u wara l-partita.

Intom għal darb'ohra mitluba sabiex waqt li sejrin il-ground lejn Ta' Qali mill-Belt Valletta, għandkom toħorgu mill-Belt fid-direzzjoni tal-Waterfront għall-Marsa (mix­ Xatt) u wara l-logħba mitluba tidħlu lura l-Belt mill-istess direzzjoni, jiġifieri mill-Marsa direzzjoni Waterfront għal Belt.

Nieħu din l-okkazzjoni sabiex f'ismi u f isem il-kollegi tiegħi tad-Distrett Nru. 1, nagħti l-kondoljanzi lill-familja ta' Emanuel Grima li ħalliena ftit tal-ġimgħat ilu. Inselmulu u l­Mulej jagħtih il-mistrieħ ta' dejjem. Emanuel Grima kien supporter leali Belti, kien dixxiplinat u obbidjenti u dejjem wera rispett lejn l-Awtoritajiet. L-imġieba tiegħu kienet waħda eżemplari. Kien bniedem ta' rispett u dejjem bi tbissima fuq wiċċu. Għaldaqstant, inħeġġeġ lill-Beltin kollha sabiex tirnxu fuq il-passi tal-Belti Emanuel Grima sabiex tiċċelebraw bl-etika, b'maturita' b'dixxipplina u bl-edukazzjoni u tkunu responsabbli għall-aġir tagħkom sabiex ma jkunx hemm inċidenti u tinżamm l-ordni u l­paċi pubblika bħal dejjem.

Nirringrazzjakom tal-koperazzjoni li dejjem urejtu mal-Pulizija matul dan il-kampjonat.

Grazzi mill-ġdid.

Alexandra Mamo Supritendent 08/05/09