Thank You To Our Sponsors
Iniala
Caritas Malta Bounce Back
Bad Boy Cleaners
Dan John
Thomas Smith Insurance Agency
Leapmotor
VALLETTA FC

The Official Website of Valletta Football Club

Our Next Game

Valletta FC
vs


at

Laqgħa Ġenerali Annwali 2024-2025

Laqgħa Ġenerali Annwali 2024-2025

Għażiż Membru,
Permezz ta’ din iċ-ċirkolari nixtieq navżak li l-Laqgħa Ġenerali Annwali għall-istaġun 2024/5 se ssir nhar il-Ħadd 18 ta’ Mejju ġewwa Dar il-Mediterran għall-konferenzi (MCC). Il-laqgħa tibda’ fid-9am. Jekk ma jkunx hemm kworum il-laqgħa tibda’ nofs siegħa tard.

AĠENDA
1. Minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali
2. Rapport Amministrattiv
3. Mozzjonijiet
4. Ħatra tal-Kummissjoni Elettorali
5. Elezzjoni
6. Diskors mill-President
7. Affarijiet Oħra
8. Għeluq

Nitolbok tieħu nota ta’ dan li ġej:

Elezzjoni
Peress illi fil-Laqgħa Ġenerali Straordinarja li saret nhar it-8 ta’ April 2025, il-Membri preżenti talbu b’mod unanimu li l-President u l-Membri tal-Kumitat għandhom jikkonsidraw li jibqgħu fil-kariga ghat-3 snin li ġejjin;

Peress illi fl-istess Laqgħa Ġenerali Straordinarja (tat-8 ta’ April 2025), il-President esprima l-apprezzament tiegħu għal din it-talba iżda saħaq li huwa fl-interess tal-Club li jinfetħu nomini għal kariga ta’ President sabiex jekk hemm persuna/i li jixtieq jikkontestaw ikunu jistgħu jagħmlu dan;

Peress illi wkoll fl-istess Laqgħa Ġenerali Straordinarja (tat-8 ta’ April 2025), il-Membri preżenti b’mod unanimu qablu li l-President elett għandu jressaq il-membri tal-Kumitat il-ġdid għall-approvazzjoni tal-Membri fi żmien ġimgħa mid-data tal-elezzjoni tiegħu/tagħha;

Għaldaqstant, ma’ din iċ-ċirkolari qed tirċievi l-formola tan-nomini għal-kariga ta’ President ta’ Valletta FC, hekk kif mitlub mill-iStatut tal-Club. In-nomini għandhom jintbaghatu permezz ta’ email lis-Segretarju Ġenerali fuq secretarygeneral@vallettafc.mt sa mhux aktar tard mit-Tnejn 12 ta’ Mejju 2025. In-nomini oriġinali għandhom jitwasslu personalment għand is-Segretarju Ġenerali fi żmien 3 ijiem minn meta jintbagħtu permezz tal-email.

Fid-dawl tad-diskussjoni u d-decizjoni tal-membri fil-Laqgha General Straordinarja nhar it-8 t’April, ser ikun qed jigi propost li ssir elezzjoni ghall-kariga ta’ President. Kif maqblu, il-President elett ser jinghata c-cans li jifformola kumitat gdid li imbaghad jigi approvat mill-membri f’laqgha futura. Id-decizjoni finali rigward il-kompozizzjoni tal-kumitat ezekuttiv ser tibqa’ kompletament f’idejn il-membri.

Statut
Kif ġie mħabbar fil-Laqgħa Ġenerali Straordinarja li saret nhar it-8 ta’ April 2025il-Kumitat ħatar Working Group li qed idur l-istatut biex isiru tibdiliet neċessarji sa biex il-Club ikun jista’ jaġġorna l-istrutturi tiegħu fid-dawl tal-istrateġija li adottajna din is-sena. Kull min għandu proposti/suġġerimenti/mistoqsijiet dwar din il-materja jista’ jibgħat email lis-Segretarju Ġenerali fuq secretarygeneral@vallettafc.mt. Kull sottomissjoni se tiġi trattata b’kunfidenzjalita’.

Insellmilkom,
Kevin Bonello
Secretary General
Valletta Football Club