Thank You To Our Sponsors
Iniala
Intersport
Caritas Malta Bounce Back
VALLETTA FC

The Official Website of Valletta Football Club

Our Next Game

Valletta FC
vs

Victor Tedesco Stadium

14 December 2024
at 4:30 pm

St Andrews

Valletta FC l-ikbar Klabb f’Malta

Valletta FC l-ikbar Klabb f'Malta

Valletta FC huwa l-klabb li għandu l-akbar appoġġ f’Malta fost dawk il-Maltin li għandhom ‘il fuq minn 16-il sena u jissapportjaw Club tal-football Malti. Riċerka li saret minn Sagalytics turi li l-Club Belt jgawdi l-akbar appoġġ tas-sapporters Maltin, b’aktar minn 27,000 persuna li jappoġġjawh.

Il-President ta’ Valletta FC Claudio Grech qal li “dan ir-riżultat jikkonferma l-appoġġ b’saħħtu li għandu l-Club u li huwa dak li jiddistingwiħ minn clubs u assoċjazzjonijiet oħra. Il-lealta tal-eluf ta’ sapporters tagħna hija l-qalb ta’ dan il-klabb li ser jagħmel mill-Valletta FC l-aktar brand sportiva b’saħħitha fil-kamp sportiv f’pajjiżna. Dan l-appoġġ jimlina b’kuraġġ kbir, partikolarment fid-dawl taċ-ċirkostanzi diffiċli li għaddejjin minnhom u ser nagħmlu l-almu kollu tagħna biex inrodduħ lura lis-sapporters tagħna b’ħidma ma’ taqta xejn fil-pitch u fl-amministrazzjoni.”

Minn kampjun ta’ 600 persuna li intgħazel b’mod rapreżentattiv tal-popolazzjoni Maltija fost dawk ta’ 16-il sena u aktar, meta n-nies ġew mistoqsija “liema team tal-football lokali t’appoġġja?”, l-aktar team li kiseb appoġġ huwa Valletta FC. Meta wieħed jinkludi ċ-ċittadini Maltin kollha, b’hekk wieħed jinkludi ukoll dawk li qalu ‘Li ma jsegwux football’ (42.6%), kif ukoll dak li qalu li ma jappoġġjawx team wieħed lokali partikolari (16.1%), wieħed jsib li 7.6% mill-poplu Malti qalu li jappoġġjaw lil Valletta FC. Meta wieħed jeskludi dawk li ma jsegwux football jew dak li ma jappoġġjawx team partikolari tal-football lokali, wieħed jsib li kważi 1 minn kull ħamsa (18.3%) fost dawk li jsegwu l-football lokali qalu li jappoġġjaw lit-team tal-football tal-Belt. Dan jpoġġi lil Valletta FC bhala l-aktar football club f’Malta li għandu appoġġ fost ic-cittadini Maltin. Meta wieħed jikwantifika f’numru ta’ ċittadini Maltin jirriżulta li madwar 27,000 persuna ta’ 16-il sena u aktar jappoġġjaw lil Valletta FC.

Il-Viċi President responsabbli mill-qasam kummerċjali Joe Caruana Curran Jr spjega kif ir-riżultati ta’ dan is-survey jikkonfermaw l-appoġġ qawwi li għandu Valletta FC f’pajjiżna.

“L-interess enormi li qed ikollna minn partners kummerċjali u sponsors potenzjali hija xhieda tas-saħħa tal-brand Valletta FC. Huwa evidenti li dawn il-partners qed jaraw lilhom infushom bħala imsieħba ewlenin fil-proġett tagħna biex Valletta FC jerġa’ jkun klabb ewlieni fil-football Malti”.